Language of document : ECLI:EU:T:2021:553


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs IlKummissjoni

(Kawża T355/18)

“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interess tas-servizz – Proporzjonalità”

1.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-kandidati – Limitazzjoni – Ammissibbiltà – Motivazzjoni – Ġustifikazzjoni fid-dawl tal-interess tas-servizz – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1) u (6), u Anness III, Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikoli 2 u 5)

(ara l-punti 50 sa 52)

2.      Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-interess tas-servizz li jiġu rreklutati persuni immedjatament operattivi – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d(1) u (6), 27 u 28(f), u l-Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1)

(ara l-punti 62 sa 64, 80, 85, 86, 94, 95, 99 sa 102, 113 sa 118, 120 sa 122, 127 sa 129, 132, 133)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) (ĠU 2018, C 97 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess minbarra dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja.