Language of document : ECLI:EU:T:2021:548


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat8 ta’ Settembru 2021 – Naturgy Energy Group vs IlKummissjoni

(Kawża T328/18)

“Għajnuna mill-Istat – Miżura ta’ inċentiv għall-investimenti ambjentali adottata minn Spanja favur l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Natura selettiva”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Deċiżjoni intiża li tqiegħed lill-partijiet interessati f’pożizzjoni li jipparteċipaw b’mod effikaċi fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Motivazzjoni sommarja dwar in-natura selettiva tal-miżura nazzjonali inkwistjoni – Ammissibbiltà

(Artikolu 107(1), Artikolu 108(2) u Artikolu 296(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 6(1) u Artikolu 9(2))

(ara l-punti 5963, 6680)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Inċentiv għall-investimenti ambjentali adottat minn Spanja favur l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam – Parametru rilevanti sabiex tiġi stabbilita s-selettività tal-miżura

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 96, 97)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 107(1) u Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 98, 99, 115, 116, 126, 130)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7733 final tas‑27 ta’ Novembru 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47912 (2017/NN) – Miżura ta’ inċentiv għall-investimenti ambjentali adottata minn Spanja favur l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam, li biha tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Naturgy Energy Group, SA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Viesgo Producción, SL u EDP España, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.