Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2012 - Grau Ferrer vs UASI - Rubio Ferrer (Bugui va)

(Kawża T-543/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Xavier Grau Ferrer (Caldes de Montbui, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Juan Cándido Rubio Ferrer (Xeraco, Spanja), Alberto Rubio Ferrer (Xeraco)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell, tal-11 ta' Ottubru 2012 fil-Każijiet R 274/2011-4 u R 520/2011-4, skont l-Artikolu 8.1(a) u (b) kif ukoll l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009, b'tali mod li tiġi miċħuda t-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 7 338 031 "Bugui va" fl-intier tagħha, għall-prodotti u għas-servizzi kollha mitluba (klassijiet 31, 35 u 39);

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikolu 87.2 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Juan Cándido Rubio Ferrer e Alberto Rubio Ferrer

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Bugui va" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 35 u 39 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 338 031

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali figurattiva li tinkludi l-element verbali "Bugui" u trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali "BUGUI De la huerta a casa FRUITS FROM THE SPANISH VEGETABLE GARDEN", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 32 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) u tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll ksur tar-Regola 48 tar-Regolament Nru 2868/95.

____________