Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Diċembru 2012 - Pensa Pharma vs UASI - Ferring u Farmaceutisk Lab Ferring (PENSA PHARMA)

(Kawża T-544/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pensa Pharma, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz u M. González Gordon, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Farmaceutisk Lab Ferring A/S (Vanlose, id-Danimarka)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni R 1883/2011-5 tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta' Ottubru 2012; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun meħtieġ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti kemm matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll matul il-proċedimenti amministrattivi marbuta mal-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "PENSA PHARMA", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 44 - reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4954831

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talbiet għal dikjarazzjoni ta' invalidità kienu bbażati fuq motivi previsti fl-Artikolu 53(1)(a), flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), mal-Artikolu 8(5) u mal-Artikolu 53(2), tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, kif ukoll fuq ir-reġistrazzjoni Nru 377513, għall-Benelux, tat-trade mark verbali "PENTASA", għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja milqugħa għall-prodotti u s-servizzi kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

- ksur tal-Artikolu 53(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

- ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________