Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2012 - Mikhalchanka vs Il-Kunsill

(Kawża T-542/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussja) (rappeżentant: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°1014/2012, tas-6 ta' Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru°1017/2012 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1), tar-Regolament (KE) Nru°765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-196/11, AX vs Il-Kunsill .

____________

1 - ĠU 2012, C 165, p. 19.