Language of document : ECLI:EU:T:2014:911





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2014 — Grau Ferrer vs UASI — Rubio Ferrer (Bugui va)

(Kawża T‑543/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bugui va — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Bugui u trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BUGUI — Raġuni relattiva għal rifjut — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżistenza tat-trade mark preċedenti — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell minn deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata — Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 19(2)(a)(ii), 20(1), u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 50(1)) (ara l-punti 22, 23, 34-37, 45)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 74-76)

4.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark — Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)) (ara l-punti 77-79)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011‑4 u R 520/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Xavier Grau Ferrer u, min-naħa l-oħra, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011‑4 u R 520/2011‑4), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Xavier Grau Ferrer.

3)

Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.