Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Pensa Pharma vs UASI – Ferring u Farmaceutisk Laboratorium Ferring (PENSA PHARMA u pensa)

(Kawża magħquda T-544/12 u T-546/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks Komunitarji verbali PENSA PHARMA u figurattiva pensa – Trade marks nazzjonali u tal-Benelux verbali preċedenti PENTASA – Kunsens għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja espress qabel it-tressiq tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 53(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pensa Pharma, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz, M. González Gordon u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u J. Crespo Carrillo, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (Copenhagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment I. Fowler, solicitor, A. Renck, V. von Bomhard u D. Slopek, avukati, sussegwentement I. Fowler, A. Renck, V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukat, u fl-aħħar nett I. Fowler u J. Fuhrmann)SuġġettŻewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet R 1883/2011-5 u R 1884/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ferring BV u Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S, minn naħa, u Pensa Pharma SA, min-naħa l-oħra.DispożittivIr-rikorsi h

uma miċħuda.Pensa Pharma, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.