Language of document : ECLI:EU:T:2013:402





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2013 –
Post Bank Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T‑13/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Bażi legali — Ksur tad-dritt internazzjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Nondiskriminazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Att purament informattiv li ma jikkawżax preġudizzju lir-rikorrenti b’mod awtonomu meta mqabbla ma atti li jipproduċu effetti legali fil-konfront tagħha — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 43)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti ipotetiċi li għadhom ma ġewx adottati — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 45, 46)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Drittijiet fundamentali — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu estensjonijiet ta’ Stat terz — Inklużjoni — Responsabbiltà tal-Istat terz għar-rispett tad-drittijiet fundamentali fuq it-territorju tiegħu stess — Assenza ta’ effett (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) (ara l-punti 56, 60, 61)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Limiti imposti minn sentenza annullata mill-Qorti Ġenerali — Eliminazzjoni ta’ dawn il-limitazzjonijiet mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Ammissibbiltà tal-istħarriġ ta’ dawn id-drittijiet mill-qorti tal-Unjoni li ma jiħux inkunsiderazzjoni dawn il-limiti (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3) u (4); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u (4) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3) u (4)) (ara l-punti 65, 66)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li l-motivazzjoni tiġi kkomunikata lill-persuna kkonċernata fl-istess waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew eżatt wara — Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni matul il-proċedura kontenzjuża — Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 69, 70, 72)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda — Portata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 71-73)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 74, 75)

8.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Kriterji alternattivi stabbiliti mill-atti tal-Unjoni għar-reġistrazzjoni ta’ entità fil-lista ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati mill-miżuri restrittivi — Natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni bbażata fuq wieħed biss minn dawn il-kriterji jew fuq uħud minnhom biss (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2) u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 85-96)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Obbligu li tissemma’ l-bażi ġuridika — Assenza fil-każ ta’ stabbiliment skont elementi oħra (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 86)

10.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti — Dritt ta’ smigħ — Drittijiet suġġetti għal talba f’dan is-sens quddiem il-Kunsill — Assenza ta’ ksur (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 97-100, 103, 108, 111, 112)

11.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Obbligu li jiġu kkomunikati l-provi kontra sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista’ tressaq azzjoni effettiva quddiem il-qorti tal-Unjoni u tiżgura l-istħarriġ minn din tal-aħħar tal-legalità tal-att inkwistjoni — Assenza ta’ ksur (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/413/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010 u Nru 267/2012) (ara l-punti 113, 114, 116, 117)

12.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Portata — Tqassim tal-oneru tal-prova — Obbligu li jiġu ppreżentati provi u informazzjoni konkreti — Deċiżjoni bbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u li ma tistax tiġi kkomunikata lill-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 16(2)(a) u Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(a)) (ara l-punti 120, 128-130, 132, 134)

13.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Annullament f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinvolvu miżuri restrittivi identiċi — Riskju ta’ preġudizzju serju għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tal-ewwel minn dawn l-atti sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tat-tieni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II) (ara l-punti 137, 138, 140)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 281, p. 81), u tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti “li tinsab” f’ittra tad-29 ta’ Ottubru 2010, it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), sa fejn dawn jistgħu jinfluwenzaw is-sitwazzjoni tar-rikorrenti, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni li tirrigwarda lir-rikorrenti “li tinsab” f’ittra tal-5 ta’ Diċembru 2011, il-ħames nett, tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti, u, is-sitt nett, ta’ kull leġiżlazzjoni futura jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni li tikkomplementa jew li temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, fir-rigward tar-rikorrenti, tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413, tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010, tal-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 19, p. 22), tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012, tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 282, p. 58), tal-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), kif ukoll tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 356, p. 71).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament ta’ kull leġiżlazzjoni futura jew ta’ kull deċiżjoni futura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kummissjoni Ewropea li tikkomplementa jew temenda wieħed mill-atti kkontestati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni la dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-Post Bank Iran “li jinsabu” fl-ittri tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2010 u tal-5 ta’ Diċembru 2011 u lanqas dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, biss kontra t-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni fir-rigward tal-Post Bank Iran “li jinsabu” fl-ittra tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2010.

3)

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huma annullati, sa fejn dawn jirrigwardaw lil Post Bank Iran.

4)

L-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tal-Post Bank Iran jibqgħu validi sakemm jibdew japplikaw l-effetti tal-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jirrigwarda l-Post Bank Iran.

5)

Il-Kunsill għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Post Bank Iran.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.