Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ Diċembru 2023 – Mara soc. coop. arl vs Ministero della Difesa, Gruppo Samir Global Service Srl

(Kawża C-769/23, Mara)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mara soc. coop. arl

Konvenuti: Ministero della Difesa, Gruppo Samir Global Service Srl

Domandi preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi msemmija fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipju [tal-Unjoni Ewropea] ta’ proporzjonalità u l-Artikolu 67(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi, bħal dawk li jinsabu fil-leġiżlazzjoni Taljana fl-Artikolu 95(3)(a), u 4(b) tad-Digriet Leġiżlattivi Nru 50 tat-18 ta’ April 2016, kif ukoll fl-Artikolu 50(1) tal-istess Digriet Leġiżlattiv, u bħal dawk li jirriżultaw mill-prinċipju tad-dritt stabbilit mill-Assemblea Plenarja tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) fis-sentenza Nru 8 tal-21 ta’ Mejju 2019, li tipprovdi li, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi li jikkonċernaw servizzi b’karatteristiċi standardizzati u li jirrikjedu, fl-istess waqt, ħafna ħaddiema, l-awtorità kontraenti hija pprojbita milli tipprovdi, bħala kriterju għall-għoti, dak tal-irħas prezz, anki meta r-regoli tal-għoti tal-kuntratt jipprevedu li t-tnaqqis għandu jsir biss fuq ir-remunerazzjoni jew il-profitt potenzjali tal-impriża, bla ħsara għall-ispejjeż tal-ħaddiema?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, u rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.