Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Frar 2012 - AG vs Il-Parlament

(Kawża T-98/11 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta' prova - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Appell manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: AG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u V. Montebello-Demogeot, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tas-16 ta' Diċembru 2010, AG vs Il-Parlament (F-25/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

AG għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

____________

1 - ĠU C 120, 16.04.2011.