Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2013 – Stitching Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/11) 1

[“Aċċess għal dokumenti Regolament (KE) Nru 1049/2001 Dokumenti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu Rifjut ta’ aċċess Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali Dokumenti li saru disponibbli għall-pubbliku Rinunzja għal limitazzjoni tat-tixrid ta’ dokumenti”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stitching Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u C. ten Dam, u sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u I. Zervas, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller, K. Petersen u A. Wiedmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal‑Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għal diversi dokumenti dwar in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ kummerċ liberu, u dan skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 113, 09.04.2011.