Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 taʼ Marzu 2013 - Selo Medical vs UASI - biosyn Arzneimittel (SELOGYN)

(Kawża T-173/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Selo Medical GmbH (Unternberg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: biosyn Arzneimittel GmbH (Fellbach, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Jannar 2013 fil-Każ R 2601/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SELOGYN" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 049 016

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: biosyn Arzneimittel GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali "SELESYN" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 28 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________