Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 taʼ Marzu 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 taʼ Jannar 2013 fil-Kawża F-27/11, BO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/13 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: BO (Amman, il-Ġordan)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-15 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża F-27/11, BO vs Il-Kummissjoni;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn BO fil-Kawża F-27/11, filwaqt li tikkundannah għall-ispejjeż tal-imsemmija istanza;

tiddiċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, il-Kummissjoni tinvoka aggravju uniku bbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-punt 2.5 tal-Kapitolu 12, intitolat “Spejjeż tat-trasport”, tat-Titolu II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Lulju 2007, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi, inkwantu t-TSP injora n-natura restrittiva tal-esklużjoni tar-rimbors tal-ispejjeż tat-trasport stabbilita minn din it-tieni dispożizzjoni.