Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 – Merlin et vs UASI – Dusyma (Logħba)

(Kawża T-231/10)1

[“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta logħba – Disinn preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Novità – Karattru individwali – Distinzjoni bejn prodott u disinn – Artikoli 3, 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Merlin Handelsgesellschaft mbH (Forchtenberg, il-Ġermanja); Rolf Krämer (Forchtenberg); BLS Basteln Lernen Spielen GmbH (Forchtenberg); u Andreas Hohl (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kramer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dusyma Kindergartenbedarf GmbH (Schorndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Zinnecker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Marzu 2010 (Każ R 879/2009-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Merlin Handelsgesellschaft mbH et u Dusyma Kindergartenbedarf GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Merlin Handelsgesellschaft mbH, Rolf Krämer, BLS Basteln Lerner Spielen GmbH u Andreas Hohl huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 209, 31.07.2010.