Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2008 - DVB Project vs UASI - Eurotel (DVB)

(Kawża T-578/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DVB Project (Le Grand Saconnex, l-Iżvizzera) (rappreżentant: W. Pors, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eurotel SpA (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tal-14 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 1387/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark "DVB" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbaljatament ikkonstata li monopolju fuq it-trade mark Komunitarja rreġistrata li kienet is-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità kellu jippreġudika serjament l-attività ta' negozju ta' kummerċjanti fil-qasam tat-telekomunikazzjoni; Ksur tal-Artikoli 7(3) u 51(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jeżamina l-merti tal-kwistjoni tal-kisba tal-karattru distintiv imqajma mir-rikorrenti.

____________