Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2008 - 4care vs UASI - Laboratorios Diafarm (Acumed)

(Kawża T-575/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: 4care AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Redeker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Diafarm, SA (Barbera del Valles, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 16636/2007-2 u tiċħad l-oppożizzjoni ta' Laboratorios Diafarm;

tikkundanna lill-konvenut u lil Laboratorios Diafarm għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: 4care AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Acumed" għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 9 (Applikazzjoni Nru 4493136)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Laboratorios Diafarm, SA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola "AQUAMED ACTIVE" (Trade mark Nru 2506452) għal prodotti fil-klassi 5 u t-trade mark Komunitarja "AQUAMED ACTIVE" (Nru 2882272) għal prodotti fil-klassi 5.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 peress li m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)