Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-576/08) 1

"Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Distribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn - Regolament (KE) Nru 983/2008 - Pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-programm ta' distribuzzjoni - Mobilizzazzjonijiet fis-suq- Rikors għal annullament"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: iniżjalment M. Lumma u B. Klein, sussegwentement M. Lumma, B. Klein, T. Henze u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja, (rappreżentati: A. Falk, K. Petkovska, S. Johannesson u A Engman, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja, (rappreżentat: B. Plaza Cruz, aġent) ; Ir-Repubblika Franċiża, (rappreżentati: G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti) ; Ir-Repubblika Taljana, (rappreżentati: inizjalment I. Bruni, aġent, sussegwentement P. Gentili, avvocato dello Stato) ; u Ir-Repubblika tal-Polonja, (rappreżentati: inizjalment M. Dowgielewicz, sussegwentement M. Szpunar, u finalment M. Szpunar, B. Majczyna u M. Drwiecki, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008, tat-3 ta' Ottubru 2008, li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (ĠU L 268, p. 3),

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 2 u l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 983/2008, tat-3 ta' Ottubru 2008, li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn fil-Komunità, huma annullati.

2)    L-annullament tal-Artikolu 2 u tal-Anness II tar-Regolament Nru 983/2008 ma jaffettwax il-validità tal-allokazzjonijiet mogħtija diġà.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

4)    Ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009