Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta Novembru 2023 – Tradias vs EUIPO – Triodos Bank (Tradias)

(Kawża T-32/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Tradias – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TRIODOS – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tradias GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Bär, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Triodos Bank NV (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Novembru 2022 (Każ R 734/2022-1).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Novembru 2022 (Każ R 734/2022-1) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Tradias GmbH quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 104, 20.3.2023.