Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2013 – Mory et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-545/12) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ posta tradizzjonali u espressi – Deċiżjoni li l-obbligu ta’ rkupru ma jiġix estiż għax-xerrejja potenzjali tal-benefiċjarju li jinsab fi stat ta’ amministrazzjoni kkontrollata – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mory SA (Pantin, Franza); Mory Team (Pantin); Superga Invest, li kienet Compagnie française superga d’investissement dans le service (CFSIS) (Miraumont, Franza) (rappreżentanti: B. Vatiert u F. Loubières, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2401 finali, tal-4 ta’ April 2012, dwar it-teħid tal-attiv tal-grupp Sernam fil-kuntest tal-amministrazzjoni kkontrollata tiegħu.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Franċiża u ta’ Calberson.Mory SA, Mory Team u Superga Invest għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Repubblika Franċiża u Calberson, intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.