Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2013 - FairWild Foundation vs UASI - Wild (FAIRWILD)

(Kawża T-247/11) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali FAIRWILD - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WILD - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FairWild Foundation (Weinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Neuwald u S. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rudolf Wild GmbH & Co. KG (Eppelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Marzu 2011 (Każ R 1014/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Rudolf Wild GmbH & Co. KG u FairWild Foundation.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

FairWild Foundation hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011