Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 – TCMFG vs Il-Kunsill

(Kawża T-404/11) 1

(“Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG).L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn tikkonċerna lil TCMFG, jinżammu matul perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn u għaxart ijiem minn mid-data li fiha tingħata din is-sentenza.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn TCMFG.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.