Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – AirDoctor vs EUIPO (AMAZING AIR)

(Kawża T-269/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AMAZING AIR – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AirDoctor LLC (Sherman Oaks, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Rantala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Lamsters u T. Klee, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Marzu 2023 (Każ R 2299/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AirDoctor, LLC u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 235, 3.7.2023.