Language of document : ECLI:EU:T:2012:627





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Novembru 2012 — ADEDY et vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/11)

“Rikors għal annullament — Deċiżjoni indirizzata lil Stat Membru bl-għan li tirrimedja sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv — Nuqqas ta’ interess dirett —Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess dirett — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kunsill li tqiegħed lil Stat Membru fil-pożizzjoni li jieħu l-miżuri intiżi sabiex tiġi rrimedjata stiwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv — Rikors ippreżentat minn konfederazzjoni sindakali kif ukoll minn membri ta’ din il-konfederazzjoni — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1467/97, Artikolu 5) (ara l-punti 62-67, 79-100)

2.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Atti li jeħtieġu miżuri nazzjonali ta’ applikazzjoni — Possibbiltà għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrikorru għar-rinviju preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità — Obbligu tal-Istati Membri li jistabblixxu rimedji ġudizzjarji neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Preżentata tar-rikors għal annullament quddiem il-qorti tal-Unjoni fl-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji quddiem il-qorti nazzjonali — Esklużjoni (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu19(1) TUE, Artikoli 263 TFUE, 267 TFUE u 277 TFUE) (ara l-punti 101-105)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 26, p. 15).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY), Spyridon Papaspyros u Ilias Iliopoulos għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.