Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Sabores de Navarra vs UASI – Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)

(Kawża T-46/13)1

[“Trade mark Komunitarja – proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità (trade marks) – Trade mark verbali Komunitarja KIT, EL SABOR DE NAVARRA – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 15 u Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Forma li hija differenti b’elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sabores de Navarra, AIE (Pampelune, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, O. González Fernández u L. Estropa Navarro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Frutas Solano, SA (Calahorra, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Novembru 2012 (Każijiet magħquda R 2542/2011 2 u R 2550/2011 2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sabores de Navarra, AIE u Frutas Solano, SA.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Sabores de Navarra, AIE hija kkundannata għall-ispejjeż.