Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2023 – Rain Carbon Germany vs EUIPO - Novaresine (NOVARESINE INNOVATION GOES GREEN)

(Kawża T-1188/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rain Carbon Germany GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Fischer u T. Moll, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Novaresine Srl (Lazise, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “NOVARESINE INNOVATION GOES GREEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 188 539

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2005/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B 3 119 195 ippreżentata kontra l-prodotti kollha tal-Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 188 539 għall-prodotti kollha kkontestati u tiċħad l-Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 188 539 fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________