Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2023 – Unite Network vs EUIPO - Unión Detallistas Españoles (unite mercateo)
(Kawża T-1186/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Unite Network SE (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.-C. Rebling, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unión Detallistas Españoles S. Coop. Unide (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “unite mercateo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 871 391
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 219/2023-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________