Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2023 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1164/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell. il-Belġju) (rappreżentant: P. Iorio, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2023)6685163 tat-3 ta’ Ottubru 2023 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal reviżjoni interna fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/515 tat-8 ta’ Marzu 2023 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva abamektina f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 1 , sa fejn hija tipproroga l-approvazzjoni tas-sustanza attiva “abamektina” għal perijodu ta’ 15-il sena (iktar ʼil quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”);

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motiv u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipju ta' prekawzjoni, ta' nuqqas ta’ rispett tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u tal-obbligu tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 11, l-Artikolu 168(1) u l-Artikolu 191(1) TFUE kif ukoll l-Artikoli 35 u 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u kif inkorporati, fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 4.

Ir-rikorrenti ssostni li l-ksur jirriżulta minn konstatazzjonijiet dwar it-tossiċità riflessi minn nuqqas li jiġi indirizzat qasam ta’ tħassib kritiku espress mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel permezz ta’ raġunament abbużiv dwar is-serer bħala “post magħluq”, b’mod partikolari:

in-nuqqas li tintalab, fil-qafas tal-proċedura ta' approvazzjoni, data dwar id-destin u d-distribuzzjoni tas-sustanza abamektina u l-metaboliti tagħha dwar iċ-ċirkustanzi ambjentali speċifiċi fis-serer permanenti;

in-nuqqas li tintalab, fil-qafas tal-proċedura ta' approvazzjoni, data dwar l-effikaċja;

in-nuqqas li titwettaq evalwazzjoni xierqa tar-riskju fl-assenza ta’ data dwar id-destin u data wara id-distribuzzjoni u l-espożizzjoni għal organiżmi mhux fil-mira;

l-inkonsistenzi fid-deċiżjoni kkontestata dwar is-serer permanenti huma, skont il-Kummissjoni, simultanjament post miftuħ u post mingħajr emissjonijiet;

in-nuqqas li jiġi implimentat il-prinċipju ta' prekawzjoni għar-riskju fuq l-anewġeniċità, kif ukoll l-aċċettazzjoni ta’ numru sinjifikattiv ta’ lakuni fid-data.

____________

1 ĠU 2023, L 71, p. 22.

1 ĠU 2009, L 309, p. 1.