Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2022 – Kubara vs EUIPO (good calories)

(Kawża T-602/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva good calories – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Kubara sp. z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: A. Suskiewicz, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Lulju 2021 (Każ R 2167/2020-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kubara sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 462, 15.11.2021.