Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – “Millano” Krzysztof Kotas vs UASI (Forma ta’ kaxxa taċ-ċikkulati)

(Kawża T-440/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ kaxxa taċ-ċikkulati – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Zakład Wyrobów Cukierniczych “Millano” Krzysztof Kotas (Przeźmierowo, il-Polonja) (rappreżentant: B. Kański, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Mejju 2013 (Każ R 755/2012-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali komposta mill-forma ta’ kaxxa taċ-ċikkulati bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Zakład Wyrobów Cukierniczych “Millano” Krzysztof Kotas hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).