Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awissu 2008 - iTouch International vs UASI - Touchnet Information Systems (iTouch)

(Kawża T-347/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: iTouch International plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Touchnet Information Systems, Inc. (Lenexa, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 493/2007-2;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 493/2007-2, safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li huwa utli; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "iTouch" għal servizzi fil-klassijiet 38 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 449 503 għat-trade mark verbali "TOUCHNET" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, minħabba li l-Bord tal-Appell iddeċieda inġustament li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________