Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2011 - Longinidis vs Cedefop

(Kawża T-283/08 P) 1

("Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Pavlos Longinidis (Θεσσαλονίκη, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment P. Giatagantzidis u S. Stavropoulou, sussegwentement P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta' April 2008, Longinidis vs Cedefop (F-74/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

P. Longinidis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali f'din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008, Rettifika ĠU C 313, 06.12.2008