Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Frar 2012 - Grazer Wechselseitige Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-282/08) 

"Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-grupp Grazer Wechselseitige (GRAWE) fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq - Applikazzjoni fis-sitwazzjoni fejn l-Istat jaġixxi bħala bejjiegħ - Iffissar tal-prezz tas-suq"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grazer Wechselseitige Versicherung AG (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Wollmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz, N. Khan u K. Gross, sussegwentement minn V. Kreuschitz, N. Khan u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/719/KE, tat-30 ta' April 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/06 (ex NN 77/06) implimentata mill-Awstrija għall-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenlan (ĠU L 239, p. 32).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Grazer Wechselseitige Versicherung AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 27.09.2008