Language of document : ECLI:EU:T:2014:934





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 —
Il-Greċja vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑632/11)

“FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Skema ta’ drittijiet għall-ħlas uniku — Kooperazzjoni leali — Ekwità — Proporzjonalità — Riżerva nazzjonali — Kriterji ta’ għoti — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Riskju għall-Fondi — Regolament (KE) Nru 1493/1999 — Settur tal-inbid — Reġim ta’ distillazzjoni u ta’ ħlasijiet favur l-użu ta’ ċerti masti — Għajnuna għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ għelieqi tad-dwieli”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kundizzjoni — Żball imputabbli għal istituzzjoni tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004) (ara l-punt 29)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Invokazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwità bħala bażi għal obbligu ta’ teħid ta’ responsabbiltà — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004) (ara l-punt 33)

3.                     Stati Membri — Obbligi — Obbligu ta’ kooperazzjoni leali mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Reċiproċità (Artikolu 4(3) TUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1974/2004) (ara l-punti 34, 35)

4.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa deċiża mill-Kummissjoni f’konformità mal-linji gwida interni adottati f’din il-materja — Bażi legali — Regolamenti Nru 729/70, Nru 1258/1999 jew Nru 1290/2005 (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, kif emendat bir-Regolament Nru 1287/95, Artikolu 5(2)(c), Nru 1258/1999, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31(1)) (ara l-punt 46)

5.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond — Spejjeż irregolari li ma jistgħux jiġu ddeterminati bi preċiżjoni suffiċjenti — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004) (ara l-punti 59, 60, 63)

6.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Kalkolu tal-ammont ta’ referenza — Dritt għal pagament mir-riżerva nazzjonali — Bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri — Portata — Limiti — Għoti, bi prijorità, ta’ drittijiet tar-riżerva nazzjonali għall-bdiewa żgħażagħ — Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-konformità tal-kriterju tal-età mal-għanijiet tal-iskema ta’ pagament uniku — Ammissibbiltà (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21(1) ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1493/1999, Artikolu 11 u Nru 1782/2003, Artikoli 42 u 128(3) ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004, Artikolu 21) (ara l-punti 77-79, 81, 82, 84-87, 89, 94, 95, 98)

7.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Kalkolu tal-ammont ta’ referenza — Dritt għall-pagament mir-riżerva nazzjonali — Bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri — Portata — Limiti — Obbligu li tinżamm korrelazzjoni bejn il-valur ta’ drittijiet mogħtija u n-numru ta’ ettari akkwistati mill-bidwi bħala investiment (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 42(4) ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004, Artikoli 6(5) u 21(1)) (ara l-punti 104-107)

8.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Portata — Annullament parzjali ta’ att ta’ dritt tal-Unjoni — Kundizzjoni — Natura separata’ ta’ elementi annullabbli tal-att ikkontestat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-clearance tal-kontijiet għall-infiq iffinanzjat mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Natura separata ta’ korrezzjoni finanzjarja applikata indebitament għall-għoti ta’ drittijiet tar-riżerva nazzjonali lil xi bdiewa — Annullament parzjali (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, Artikolu 42(3) u (4)) (ara l-punti 111, 113, 114)

9.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1493/1999 u Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 116-120, 172, 206)

10.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond — Spejjeż irregolari li ma jistgħux jiġu ddeterminati bi preċiżjoni suffiċjenti — Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjonijiet fissi — Ammissibbiltà (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Nru 1782/2003, Artikolu 42, u Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 126, 127)

11.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Korrezzjoni finanzjarja fissa deċiża mill-Kummissjoni f’konformità mal-linji gwida interni adottati fil-materja — Natura difettuża jew mhux sodisfaċenti ta’ kontrolli prinċipali mwaqqfa mill-Istat Membru — Ammissibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 10 % fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-għoti ta’ drittijiet mir-riżerva nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 127, 132, 133, 135)

12.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Trattament differenzjat tal-irregolaritajiet skont il-livell tan-nuqqas u l-grad ta’ riskju għall-fond — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 ; Regolament tal-Kummissjoni Nru 795/2004) (ara l-punti 137-139)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni fissa fuq l-għoti ta’ drittijiet tar-riżerva nazzjonali lill-bdiewa l-ġodda.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.