Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fl-10 ta’ Novembru 2020 – JR vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-589/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JR

Konvenut: Austrian Airlines AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “inċident”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri sitwazzjoni fejn passiġġier, huwa u niżel mill-ajruplan, jaqa’ – għal raġuni mhux magħrufa – fl-aħħar terz tat-taraġ mobbli użat sabiex wieħed jitla’ jew jinżel mill-ajruplan u jsofri korriment, liema korriment ma kienx ikkawżat minn oġġett użat għas-servizz lill-passiġġieri fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Niki Luftfahrt 2 , u dan meta jitqies li t-taraġ ma kienx difettuż u, b’mod partikolari, lanqas ma kien jiżloq?

L-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandu jiġi interpretat fis-sens li eventwali responsabbiltà tal-kumpannija tal-ajru hija kompletament eskluża fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-punt 1 u f’sitwazzjoni fejn il-passiġġier ma kienx qiegħed iżomm mal-poġġaman tat-taraġ meta waqa’?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.

2     C-532/18, ECLI:EU:C:2019:1127.