Language of document : ECLI:EU:T:2013:627





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 – Grebenshikova vs UASI – Volvo Trademark (SOLVO)

(Kawża T‑394/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VOLVO – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 15, 16, 27)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva SOLVO u trade mark verbali VOLVO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17-22, 38, 39)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kapaċità tad-differenzi viżivi li jegħlbu x-xebh fonetiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 30, 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 861/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u E. Grebenshikova.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tad-9 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ R 861/2010‑1 hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ E. Grebenshikova.

3)

Volvo Trademark Holding AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż esposti minn E. Grebenshikova.