Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma tintlaqax it-talba għall-għoti retroattiv ta’ allowance għall-ulied dipendenti favur żewġ ulied tal-konjuġi tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-domiċijlu tagħha ġimgħa minn tnejn, mid-data taż-żwieġ tagħhom, kif ukoll il-ħlas ta’ kumpens.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni, tad-9 ta’ Diċembru 2014, u nnotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2014, imma biss sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra, wara li laqgħet it-talba fuq dan il-punt u ddeċidiet ġustament li tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Ġunju 2014 u li konsegwentement tagħtiha l-allowance għall-ulied dipendenti u l-benefiċċji relatati, iddeċidiet madankollu li ma tagħtix il-benefiċċju tal-għoti retroattiv tal-allowances inkwistjoni mid-data taż-żwieġ tagħha, u tagħtiha dan id-dritt għall-allowance għall-ulied dipendenti u għall-benefiċċji relatati biss mix-xahar tal-1 ta’ marzu 2014, jiġifieri l-ewwel jum tax-xahar li matulu r-rikorrenti ressqet it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid;tikundanna f’kull każ lill-konvenuta, bħala kumpens u fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 33 375.99, bla ħsara għal kull żieda matul il-proċedura, bħala kumpens għad-dannu subit ikkawżat mill-konvenuta, bl-interessi moratorji bir-rata legali kif applikata fil-Belġju għas-snin inkwistjoni li jiddekorru mill-1 ta’ Settembru 2011 sad-data tal-ħlas sħiħ;f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, konformement mal-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat

-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.