Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Europol

(Kawża F-45/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-konvenut li ma jilqax it-talba tar-rikorrent li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda adottata mill-konvenut fil-31 ta’ Mejju 2014 u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent bid-data tat-22 ta’ Diċembru 2014 li jiċħdulu, it-tnejn li huma, l-għoti ta’ kuntratt għal żmien indeterminat;

konsegwentement u b’mod prinċipali, jiddikjara li r-rikorrent ser jiġi propost kuntratt għal żmien indeterminat minn Europol fi tmiem il-kuntratt li għandu attwalment;b’mod iktar sussidjarju, jekk jirriżulta li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni biss il-kuntratt konkluż taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (Kondizzjonijiet tal-impjieg), jiddikjara li r-rikorrent ser jiġi propost tieni kuntratt għal żmien determinat taħt il-Kondizzjonijiet tal-impjieg minn Europol fi tmiem il-kuntratt li għandu attwalment;jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.