Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2014 – Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill

(Kawża T-394/13) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Photo USA Electronic Graphic, Inc. (Pekin, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Adamantopoulos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u minn S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti); Ancàp SpA (Sommacampagna, l-Italja); Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju); Confindustria Ceramica (Sassuolo, l-Italja); u Verband der Keramischen Industrie eV (Selb, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bierwagen, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Photo USA Electronic Graphic, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn Ancàp SpA, Cerame-Unie AISBL, Confindustria Ceramica u Verband der Keramischen Industrie eV.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.