Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Awwissu 2011 - Catinis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lian Catinis (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda t-tkomplija tal-investigazzjoni u r-rifjut tal-aċċess għall-fajl personali tar-rikorrent; u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Preliminarjament, insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ksur ta' liġi, kif ukoll l-obbligu ta' motivazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni li l-investigazzjoni ma għandhiex tingħalaq iżda li għandha titkompla lil hinn minn kull żmien raġjonevoli.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni insostenn tad-deċiżjoni li ma jingħatax aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni.

Finalment, ir-rikorrent jallega ksur ta' drittijiet fundamentali u ta' prinċipji ġenerali tad-dritt, b'mod partikolari tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, tal-preżunzjoni tal-innoċenza, u tad-drittijiet tad-difiża.

____________