Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 – Golden Balls vs UASI – Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-448/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR – Xebh tas-sinjali – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Talba għal annullament mressqa mill-intervenjent – Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Estent tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell – Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors kollu – Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: P. Péters, T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Golden Balls LtdDispożittivL-ewwel punt tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1) huwa annullat.It-taba għal annullament ippreżentata minn Intra-Presse hija miċħuda.L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.Intra-Presse għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.