Language of document : ECLI:EU:T:2013:4





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Jannar 2013 — Charron Inox u Almet vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill

(Kawżi T‑445/11 u T‑88/12)

“Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw miċ-Ċina — Dazju antidumping provviżorju — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Dazju antidumping definittiv — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Rikors ippreżentat kontra regolament li jimponi dazju antidumping provviżorju — Adozzjoni ulterjuri ta’ regolament li jimponi dazju antidumping definittiv — Tmiem tal-interess ġuridiku (Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punti 25-33)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża quddiem il-Qorti Ġenerali — Possibbiltà li r-rikors jiġi miċħud fuq il-mertu mingħajr ma tittieħed deċiżjoni minn qabel fuq l-ilment tal-inammissibbiltà mqajjem mill-konvenut (ara l-punt 35)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Regolament li jimponi dazju antidumping definittiv — Illegalità tar-regolament li jimponi dazju antidumping provviżorju — Effett fuq il-legalità tar-regolament li jimponi dazju definittiv — Kundizzjonijiet (ara l-punt 39)

4.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Dannu — Evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(5) u 21) (ara l‑punti 37-55)

5.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motiv mhux sostnut minn argumenti preċiżi — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 57-59)

6.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Impożizzjoni ta’ dazji antidumping — Assenza ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji applikabbli għall-importazzjonijiet imwettqa sabiex jiġu eżeġwiti kuntratti preċedenti — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur — Assenza (ara l-punti 61-67)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 70)

Suġġett

Fil-Kawża T‑445/11, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011, tas-27 ta’ Ġunju 2011, li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 169, p. 1), kif ukoll, sussidjarjament, talba għad-danni sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba d-dħul fis-seħħ immedjat ta’ dan ir-regolament u, fil-Kawża T‑88/12, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1331/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jimponi dazju definittiv antidumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, p. 6), kif ukoll, sussidjarjament, talba għad-danni sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-ġbir definittiv tad-dazji antidumping provviżorji ordnat permezz ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑445/11 u T‑88/12 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

2)

L-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma fil-Kawżi T‑445/11 u T‑88/12 huma magħquda fil-mertu.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-Kawża T‑445/11.

4)

Ir-rikors fil-Kawża T‑88/12 huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

5)

Charron Inox u Almet għandhom ibatu l-ispejjeż kollha fil-Kawża T‑445/11.

6)

Charron Inox u Almet għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T‑88/12.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T‑88/12.