Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Catinis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/11) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lian Catinis (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), tal-10 ta’ Ġunju 2011, li jirrifjuta, minn naħa, li jilqa’ l-allegata talba intiża għall-għeluq tal-investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja u, min-naħa l-oħra, li jipprovdi l-aċċess għal ċerti dokumenti mill-fajl ta’ din l-investigazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lian Catinis huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 298, 8.10.2011.