Language of document : ECLI:EU:T:2013:456





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Golden Balls vs UASI – Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-448/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għal annullament imressqa mill-intervenjent — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Estent tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors kollu — Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20-22, 53, 54)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 23)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali GOLDEN BALLS u BALLON D’OR (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 28, 31, 40, 50, 51, 60)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 29)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33)

6.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 64(1)) (ara l-punt 69)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux — Kundizzjoni — Rabta bejn it-trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 71)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra Presse u Golden Balls Ltd.

Dispożittiv

1)

L-ewwel punt tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010‑1) huwa annullat.

2)

It-talba għal annullament ippreżentata minn Intra-Presse hija miċħuda.

3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.

4)

Intra-Presse għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.