Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014 – Galileo International Technology vs UASI – ESA u Il-Kummissjoni (GALILEO)

(Kawża T-450/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GALILEO – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u servizzi inkwistjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnada u F. Wilman, aġenti); u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Buydens, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 1423/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galileo International Technology LLC u l-Unjoni Ewropea.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Galileo International Technology LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mill-UASI.Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.