Language of document : ECLI:EU:T:2014:771





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 – Galileo International Technology vs UASI – ESA u Il‑Kummissjoni (GALILEO)

(Kawża T‑450/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GALILEO – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti GALILEO – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u servizzi inkwistjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punt 31)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Deċiżjoni ta’ diviżjoni tal-Uffiċċju li tagħmel parti mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (ara l-punt 35)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 38, 39, 41)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 45)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva GALILEO u trade marks verbali GALILEO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 55, 65, 66, 70, 72, 85)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 57, 64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal‑14 ta’ April 2011 (Każ R 1423/2005‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Galileo International Technology LLC u l-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Galileo International Technology LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-UASI.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.