Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2011 - Matkompaniet vs UASI DF World of Spices (KATOZ)

(Kawża T-473/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Rtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matkompaniet AB (Borås, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Gulliksson u J. Olson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DF World of Spices GmbH (Dissen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ebert-Weidenfeller u S. Schmüser, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra t-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta' Settembru 2009 (Każ R 1023/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Matkompaniet AB u DF World of Spices GmbH

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rirkos.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 24, 30.1.2010.