Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2009 - Oetker Nahrungsmittel vs UASI - Bonfait (Buonfatti)

(Kawża T-471/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Graf von Stosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bonfait BV

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 340/2007-4, dwar l-Oppożizzjoni Nru B 871 121

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Buonfatti" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 939 915)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bonfait BV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: b'mod partikolari r-reġistrazzjoni Benelux tat-trade mark verbali "Bonfait" Nru 393 133 u t-trade mark figurattiva "Bonfait" Nru 648 816 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, billi m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).