Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2009 - medi vs UASI (medi)

(Kawża T-470/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner u D. Terheggen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-1 ta' Ottubru 2009, fil-Każ R 692/2008-4, sa fejn tiċħad l-appell;

tannulla ċ-ċaħda tal-UASI tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 378 021 tas-26 ta' Frar 2008;

tawtorizza l-pubblikazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 378 021;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark verbali "medi" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 5, 9, 10, 17, 35, 38, 39, 41, 42 u 44 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 378 021).

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, inkwantu t-trade mark ikkonċernata għandha l-karattru distintiv meħtieġ.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)