Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Diċembru 2011 - Carbunión vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni dwar l-għajnuna intiża sabiex tiffaċilità l-għeluq tal-minjieri tal-faħam li ma humiex kompettitivi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Nuqqas ta' konkordanza mar-rikors prinċipali - Indiviżibbiltà - Inammissibbiltà - Ibbilanċjar tal-interessi")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: K. Desai, Solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Florindo Gijón u A. Lo Monaco, sussegwentement F. Florindo Gijón u K. Michoel aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għas-sospensjoni parzjali tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta' Diċembru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24) u, sussidjarjament, talba għas-sospensjoni totali tal-eżekuzzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________