Language of document :

Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fit-3 ta' Frar 2010 mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' Novembru 2009 fil-Kawża F-11/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/10 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italia) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

fi kwalunkwe każ: tannula in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet appellat.

tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza li fir-rigward tiegħu ingħata d-digriet appellat, kien ammissibbli in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni.

prinċipalment: tilqa' in toto u mingħajr ebda eċċezzjoni l-petitum tar-rikorrent li jinsab fir-rikors fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-konvenuta għar-rifużjoni, favur l-appellant, tal-ispejjeż, tad-drittijiet u tal-onorarji kollha sostnuti minnu u inerenti għall-istanzi kollha eżerċitati s'issa.

sussidjarjament: tirrinvija l-kawża de qua quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament kompost, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tal-25 ta' Novembru 2009. Dan id-digriet ċaħad bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat rikors li kellu bħala suġġett ir-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas 100 % tal-ispejjeż mediċi tal-appellant.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant isostni l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-kunċett ta' motivazzjoni ta' deċiżjoni ta' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, tal-kunċett ta' integrazzjoni ta' motivazzjoni ta' deċiżjoni, kif ukoll tal-prinċipji ta' dritt inerenti għall-formazzjoni u l-evalwazzjoni tal-prova.

L-appellant isostni wkoll l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljati tal-kunċetti ta' att li jista' jiġi kkontestat kif ukoll ta' deċiżjoni li sempliċement tikkonferma deċiżjoni preċedenti.

____________